Inżel xita inżel
Ħalli jikber il-ħaxix,
Il-ħaxix nagħtuh lill-mogħża….
Iżda mogħża jien m’għandix!
Inżel inżel, xita inżel
Biex it-toroq fis tfottihom;
ga qegħdin kif Alla jridhom.
W issa inti żżid teqridom
Inżel xita, x’ala biebek
Illi l-wied żewg piedi jogħla,
Għandek ħabta terħi bewlek
Waqt li t-tfal sejrin l-iskola.
Ganni jidgħi gol-karozza
Għax waqfitlu… trid tarah…
id-dinja… anki l-mobile
‘qulla… nesa jiccargjah.
Fuq l-istejg hemm sitt fidili
Imrekknin flimkien qaqocca,
Għadda Freddie bil-vann diesel
U xi ħlew, fil-pront tahom docca.
Iva, inżel xita, inżel,
Kull sekonda elf gallun,
L-ilma jigri lejn il-baħar
Flok jingabar fil-gibjun.
U ‘l-Armata mitt elf sejħa
Għall-għajnuna qed taslilha,
Jessie tibki, cemplitilhom:
Għandha l-Poodle qed jegħrqilha.
Ghax-xita jitlob l-isqof
huwa jitlob lil-Mulej
u kif ghamlet bezqa ilma
kif gherqilna l-Mater Dei.
Censu qal li farlu l-loki
U d-dar kollha sfat latrina,
Għandu l-bewl taħt il-wall unit
U żewg qlalet fil-vetrina.
Inżel, inżel, xita inżel
J’Alla x-xemx tigi w tobormok.
Għax ma tmurx għand boxxla xjaten?
Għax ma tmurx tieħdu go …. ….